Lingua   

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina

Walter Micallef
Lingua: Maltese


Walter Micallef


Id-dawl baxx bilkemm nara hawn ġew
Il-bieb magħluq naf li moħbija sew
Għax sakemm tinsab hawnhekk xejn mhu se jbeżżani

Il-bambin bagħtek mingħajrek m'jien xejn
L-għajjat ta' barra jtarrax il-widnejn
Għax sakemm tinsab hawnhekk ħadd ma jinkwetani

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma telaq minn ħdejja
Qatt ma kellimni bil-herra
Qatt ma sakkarni fil-kamra

It-tfal l-iskola ma nsemmulhom xejn
Dan is-sigriet jibqa bejnietna t-tnejn
Għax sakemm tibqa hawnhekk xejn ma jkun jonqosni

Jekk hawn l-istorbju toqgħodx tagħti kas
Issa l’hawn jien tgħaddi l-uġiegħ ta’ ras
Għax sakemm nibqgħu flimkien ħadd mhu se jweġġgħana

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma telaq minn ħdejja
Qatt ma kellimni bil-herra
Qatt ma sakkarni fil-kamra

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma benġilli jdejja
Qatt ma ħaraqni bil-ġamra
Qatt ma gidimli widnejja

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma rabatni mas-sodda
Qatt ma waddabli l-platti
U qatt ma qalli jien naħti

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qed jgħidu li mhuwiex vera
Qed jgħidu li mmaġinajtu
Biss jiena naħlef li rajtu

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma telaq minn ħdejja
Qatt ma kellimni bil-herra
Qatt ma sakkarni fil-kamra

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qatt ma benġilli jdejja
Qatt ma ħaraqni bil-ġamra
Qatt ma gidimli widnejja

Sieħbi fil-cupboard tal-kċina
Qed jgħidu li mhuwiex vera
Qed jgħidu li mmaġinajtu
Biss jiena naħlef li rajtu



Pagina principale CCG

Segnalate eventuali errori nei testi o nei commenti a antiwarsongs@gmail.com




hosted by inventati.org